Barranin
Jispara lil oħtu minħabba tilwima dwar logħba fuq il-kompjuter

Tifla ta’ 13-il sena minn Mississippi mietet wara li ħuha ż-żgħir sparalha minħabba tilwima dwar logħba fuq il-kompjuter.

Il-pulizija ta’ Mississippi qalet li t-tifel għandu disa’ snin u l-każ seħħ wara li t-tifel qabad il-pistola u spara lejn oħtu wara li ma riditx ittih ir-remote control biex ikun jista’ jilgħab.

Qed jiġi allegat li sparalha minn wara u l-balla baqgħet dieħla f’moħħha. Il-pulizija kkonfermat li t-tifla mietet ftit wara li ddaħħlet l-isptar u s’issa mhux ċar kif it-tifel irnexxielu jsib u jispara l-pistola. Mhux ċar x’se jkunu l-konsegwenzi li se jiffaċċja t-tifel. Il-każ seħħ fid-dar tal-ġenituri tat-tfal.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-pulizija f’Los Angeles, fl-Istati Uniti, arrestat raġel li żamm numru ta’ ostaġġi u għalaq lilu nnifsu f’ħanut. L-arrest temm tliet sigħat ta’ terrur għall-ostaġġi li matulhom l-agressur spara u qatel…

Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Aktar