Barranin
Jisparixxi b’Ferrari ‘storika’ wara li mar biha għal test drive

Karozza sportiva li tiswa l-miljuni nsterqet waqt li ġiet mislufa għal test drive.

Skont il-Pulizija Ġermaniża, is-suspettat ħalliel kien wera interess li jixtri l-Ferrari 288 GTO li tiswa maż-€2 miljun.

Ir-raġel mar għat-test drive b’taxi u wara sagħtejn irritorna għand il-bejjiegħ, madanakollu meta kien se joħroġ ix-xerrej malajr għafas il-gass u sparixxa.

Il-karozza nstabet iktar tard f’garaxx.  Il-Pulizija qalu li din hija karozza storika li għandha 43,000km b’valur stmat li jiżboq iż-€2 miljun.

Mis-sit elettroniku tal-bejjiegħ jirriżulta li l-karozza kienet tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Eddie Irvine li kien isuq mal-Ferrari bejn l-1996 u l-1999.

Karozzi simili s-soltu jinbiegħu f’irkanti speċjalizzati bħalma huma Sotheby’s.  L-investigaturi f’dan il-każ kienu fortunati li l-karozza tiddistingwi ruħha bil-kulur ħamrani tagħha u għalhekk instabet malajr.

Hija nstabet f’garaxx fil-belt ta’ Grevenbroich, mhux ‘il bogħod miċ-ċentru tal-belt ta’ Dusseldorf.  Is-suspettat ħalliel madanakollu għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija Ġermaniża, tant li ppublikaw ritratt tiegħu.

Irkantaturi ta’ oġġetti rari qalu li kieku kienu jindunaw bil-karozza misruqa għax il-mudelli ta’ dawn il-mudelli ta’ vetturi ma jinbiegħux minn individwi.

B’kollox ġew immanifatturati 272 karozza Ferrari ta’ dan il-mudell.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tal-inqas għoxrin persuna mietu u mijiet oħra ndarbu f’terremot qawwi li heżżeż il-Lvant tat-Turkija għall-ħabta tas-disgħa neqsin ħamsa tal-bieraħ filgħaxija. Kawża tat-terremot, b’qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala richter, iġġarraf il-bini…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa fiċ-Ċina kkonfermaw li ħmistax-il persuna oħra mietu kawża tal-coronavirus fil-provinċja ta’ Hubei, minn fejn beda dan il-virus. Fiċ-Ċina ġew konfermati 1,287 każ, b’41 persuna minnhom tilfu ħajjithom. Dan il-virus…

Barranin

Raġel spara u qatel sitt membri tal-familja tiegħu, inkluż lill-ġenituri tiegħu, fil-Ġermanja. Il-każ seħħ kmieni wara nofsinhar, meta r-raġel ta’ 26 sena beda jispara fuq il-familjari tiegħu waqt li qed…

Ikel

Żaqqu jħobbha kulħadd, u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. Jekk titla’ s’Għawdex u tiffjakka, aktarx li terħilha s’għand il-Maxokk. Liema forn, ħafna drabi jkun mifqugħ sa ruħ ommu bin-nies, hekk…

Aktar