Qorti
Jispiċċa deportat wara li seraq u prova jaħrab mill-arrest

Anan Bismark li jgħix San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti akkużat li nhar is-Sibt seraq portmoni għad-dannu ta’ Susan Graham f’ħanut f’San Pawl il-Baħar. L-Ispettur Clayton Camilleri akkużah ukoll li lbieraħ ipprova jaħrab mill-kustodja u li m’obdiex ordnijiet u pprova jfixkel il-ħidma tal-awtoritajiet.

L-Ispettur Clayton Camilleri qal li l-uniku dokument li kellu fuqu l-akkużat kien ta’ permess ta’ residenza tal-Italja li bih suppost jiġi Malta 3 xhur, ma jaħdimx u jerġa’ jmur lura. Żied jgħid li l-akkużat seraq il-portmoni, ħa l-flus li kien fih u wara ħa l-portmoni għand il-pulizija. Qal li skont il-vittma, il-portmoni kien fih €100 u skont l-akkużat il-portmoni kien fih €75.50c.

L-Ispettur spjega li mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, fosthom filmati ta’ camera tas-CCTV tal-ħantut, irriżulta li l-istess persuna li marret l-għassa bil-portmoni, kienet l-istess persuna li serqet il-portmoni. Qal li meta ħadu lill-akkużat fir-residenza fejn kien jgħix biex jiġbor xi affarijiet personali, l-akkużat beża’ li se jmur il-ħabs u pprova jaħrab. Pulizija li ġera warajh spiċċa biex waqa’ t-taraġ biex qabdu u weġġa’.

L-Avukat tal-għajnuna legali, Yanika Bugeja esprimiet id-dubju dwar kemm tista’ tirriżulta fil-kawża t-tieni akkuża peress li l-akkużat ma kienx f’post definit fil-liġi bħala post ta’ kustodja. Il-liġi tiddefinixxi biss, il-lock-up tal-kwartieri tal-pulizija, il-ħabs u post ta’ kura jew sptar bħala postijiet li jekk persuna taħrab minnhom, tiġi akkużata bir-reat li ħarbet mill-kustodja.

Il-prosekuzzjoni rtirat it-tieni akkuża u l-akkużat li qal li hu għandu impjieg billi jagħmel distribuzzjoni ta’ affarijiet, ammetta l-akkuża ta’ serq u li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizja. Id-difiża, qalet li l-akkużat ammetta fi stadju bikri u li rritorna l-portmonni għand il-pulizija propju biex il-vittma ma titlifx id-dokumenti.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia, sabet lill-akkużat ħati u kkundannatu għal xahar ħabs sospiż għal sena. L-Ispettur Camilleri qal li l-akkużat se jiġi ddeportat lejn l-Italja, immedjatament.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed issir strateġija ta’ kontroll fejn dawk li għandhom sintomi anke ħfief bħal diarrhea jew respiratorji qed jiġu mħeġġa jċemplu l-111. Dan l-appell qed isir…

COVID-19

Il-Professur Gauci ikkonfermat li statistikament hemm ħafna aktar irġiel infettati mill-Covd-19 milli nisa f’Malta. Dan hi qalitu waqt il-konferenza stampa tal-lum fejn ħabbret li hemm 14-il każ ġdid ta’ Coronavirus…

COVID-19

Ġew ikkonfermati 14-il każ ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa t-total ta’ każijiet f’Malta tela’ għal 227. Waqt konferenza stampa, is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li lbieraħ saru 656 swabs, li minnhom…

Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li l-imxija tal-Coronavirus f’Malta tinsab taħt kontroll u esprima sodisfazzjon li l-pubbliku qed juri sens ta’ maturita u responsabilità u qed…

Aktar