Barranin
Jispiċċa jieħu ħsieb lil ħuh wara li tilfu l-ġenituri tagħhom

Fi ftit xhur żewġt itfal tilfu lill-ġenituri tagħhom. Dan wassal biex żagħżugħ ta’ 19-il sena kellu jservi ta’ omm u missier ħuh li għandu 13-il sena.

Nathan u Luke Philips tilfu lil ommhom sentejn ilu wara li mietet bil-kanċer. Tliet xhur ilu huma tilfu lil missierhom li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku bejn mutur u trakk. Luke kien fuq il-mutur ma’ missieru dakinhar tal-inċident u weġġa’ gravi, tant li tilef parti minn siequ u kien f’koma għal xi żmien.

Dawn l-episodji f’ħajjithom wassal lill-aħwa biex iktar joqorbu lejn xulxin u isibu wens f’xulxin.

Nathan qal li din l-esperjenza għalmitu li jagħmel dak li jista’ jagħmel kuljum mingħajr ma jaħli ħin f’rabja għax tilef il-ġenituri tiegħu. Qal li jrid jinvesti l-ħin u l-enerġija tiegħu biex jieħu ħsieb lil ħuh. Qal qabel kien iqatta’ ħafna ħin idur bil-karozza u jilgħab l-Xbox imma issa ma għadx għandu daqshekk ħin għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest wara li kien arrestat fuq akkużi ta’ stupru. Huwa ġie arrestat f’Pariġi wara li tfajla ta’ 24 sena allegat li l-kantant kien stupraha. Flimkien…

Brexit

L-ex-Minsitru George Osborne qal li l-aħjar għażla għar-Renju Unit fil-mument hija li jkun pospost il-ħrug tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Qal li bħalissa l-għażla hija bejn ħruġ mingħajr ftehim jew ma…

Barranin

Tħabbru n-nomini għall-Oscars ta’ din is-sena. Bl-akbar ammont ta’ nomini, għaxra kull wieħed… il-films “Roma” u “The Favourite”, segwiti minn “A Star is Born” u “Vice” b’nominazzjonijiet fi tmien kategoriji….

Barranin

Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti rtirat il-mandati ta’ inibizzjoni maħruġa mill-ewwel Qorti, li kienu qed iwaqqfu milli tiġi infurzata l-liġi kontra persuni trans fl-armata. Din il-liġi kontroversjali, li tippermetti lill-armata tkeċċi…

Aktar