Lokali
Jispiċċa l-ħabs wara li sforza ruħu fuq tfajla f’karozza tal-linja

Somalu ta’ 25 sena intbghat 16-il xahar ħabs wara li ammetta li ħebb għal tfajla li kienet passiġġiera fuq l-istess karozza tal-linja.

Il-każ seħħ jumejn ilu meta Abdulahi Ahmed Bashir, li allegatament kien fis-sakra beda jaqbad lit-tfajla li kienet bil-qegħda fis-seat ta’ quddiemu.

Hija irreżistietu u anke imbuttatu minn fuqha, iżda l-akkużat anke laħaq gidimha. It-tfajla ġarrbet ġrieħi ħfief, bis-Somalu jiġi akkużat ukoll li sforza lit-tfajla b’mod indiċenti.

Abdulahi Ahmed Bashir huwa riċediv b’sentenza oħra tal-Qorti mogħtija tliet snin ilu.