Qorti
Jispiċċa l-ħabs wara serqa ta’ €6

Biex seraq €6 għamel ħsara ta’ €250.

Hekk qal fil-Qorti spettur li xela lil Dennis Cremona ta’ 43 sena b’serq minn pompa tal-petrol f’Birkirkara jumejn ilu. L-akkużat li joqgħod il-Marsa, ġie akkużat li huwa riċediv b’sentenzi oħra ta’ serq.

Huwa ammetta l-akkużi kontrih bil-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, tibgħatu 6 xhur ħabs.