Kronaka
Jispiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi wara ħabta fil-Ħamrun

Raġel Taljan ta’ 42 sena ttieħed l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-04:45 bejn vettura tat-tip Peugot 106 misjuqa minn Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Santa Venera. It-Taljan ta’ 42 sena li ttieħed l-isptar u li ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, kien passiġġier fil-vettura tat-tip Peugeot.

Is-sewwieq Taljan ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-Investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.