Kronaka
Jispiċċa l-isptar wara li waqgħet ġebla fuq rasu

Raġel ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ ittieħed l-isptar wara li waqgħet xi ġebla u laqtitu f’rasu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00am meta fit-Triq il-Ponta ta’ Dragut, f’Tas-Sliema waqgħet ġebla waqt xi xogħlijiet li kienu qed isiru max-xatt.

Jidher li bil-maltemp li għamel fl-aħħar ijiem, inqalgħu xi ħsarat u kien kemm bżonn li jsiru xi xogħlijiet.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar