Barranin
Jispiċċa l-Qorti talli gideb waqt ir-referendum dwar Brexit

Boris Johnson ġie ordnat biex jidher il-Qorti fuq allegazzjonijiet li gideb meta qal li r-Renju Unit tagħti lill-Unjoni Ewropea £350 miljun fil-ġimgħa.  Il-kandidat għat-tmexxija tat-Tories qed jiffaċċja akkużi ta’ kondotta ħażina meta għamel din id-dikjarazzjoni fil-kampanja referendarja tal-2016.

Il-kawża nfetħet mill-attivist Marcus Ball, li rnexxielu jiġbor £200,000 biex ikun jista’ jfittex lil Johnson għad-danni.  Ir-rappreżentanti ta’ Johnson qed isejħu l-każ bħala ‘stunt’ li qed issir bi skop politiku.  Is-smigħ preliminari se jsir fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminister, b’Johnson għandu ċans jgħaddi ġuri fi Crown Court.

Korrispondenti qed jgħidu li l-allegazzjonijiet ġew fi żmien ħażin għal Johnson, hekk kif il-kritiċi tiegħu mistennija jużaw dan il-każ kontrieh meta se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għal mexxej ġdid tal-Konservattivi biex eventwalment isir Prim Ministru tar-Renju Unit flok Theresa May.