Qorti
Jispiċċa l-Qorti wara argument fuq iż-żwiemel

Raġel ta’ 42 sena ma nstabx ħati li fost l-oħrajn ikkaġuna ġrieħi gravi lil raġel ieħor u li beżgħu li se tintuża vjolenza kontrih. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika bi ġlied u storbju u li kien riċediv.

Fix-xhieda tiegħu r-raġel il-midrub qal li l-inċident beda b’diżgwiet dwar min kellu jitfa’ ż-żiemel fuq il-walker ġo stabbiliment li kien jospita dal-apparat. Qal li l-imputat tah daqqa ta’ ponn u waqa’ f’gandott u tah daqqiet oħra. Xehed li kien hemm terza persuna li bdiet iżommu. Qal li spiċċa bi mnieħru miksur.

Min-naħa tiegħu, l-akkużat qal li l-persuna li ndarbet kienet viċin tiegħu u qabdu mill-flokk. Qal li min hemm qabdu f’xulxin iżda ma jiftakarx li tah xi daqqa ta’ ponn iżda qal li waqgħu fl-art fuq xulxin.

Xehed ukoll sid l-istalel fejn qal li dan l-inċident kien riżultat tal-persuna midruba. Saħaq li r-raġel midrub kien irrabjat għall-imputat.

F’dan l-isfond il-Qorti ma sabitx lill-imputat ħati u illiberatu minn kull ħtija.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar