Lokali
Jispiċċa l-Qorti wara li ħarab mill-gwerra biex jingħaqad ma’ ħutu f’Malta

Sirjan li ammetta li ġie Malta illegalment biex jingħaqad ma’ ħutu ngħata sentenza sospiża.

Ahmad Alalo ta’ 30 sena nqabad mill-Pulizija fl-ajruport ilbieraħ hekk kif wasal Malta minn Ateni, b’passaport ta’ persuna oħra.

Il-Maġistrat Ian Farrugia sema’ kif ir-raġel li huwa għalliem, kien iddisprat biex jaħrab mill-gwerra fis-Sirja u jiġi jaħdem ma’ ħutu f’Malta. L-Ispettur Darren Buhagiar, li mexxa l-Prosekuzzjoni, qal li l-akkużat ikkollabora mal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni, ħlif meta mistoqsi dwar is-somma li kien se jkollu jħallas kieku rnexxa l-pjan tiegħu li jidħol Malta illegalement.

L-Avukat Jason Grima argumenta li s-Sirjan għandu jingħata l-istess trattament bħal immigranti li daħlu Malta minn fuq il-baħar u għalhekk m’għandux jintbagħat il-ħabs. Barraminnhekk qal mhux se jkun ta’ piż fuq il-pajjiż hekk kif diġa’ għandu xogħol jistennih.

Il-Maġistrat ikkunsidra l-għażliet kollha f’sitwazzjoni ta’ dan it-tip, bid-deportazzjoni f’dan il-każ ma titqiesx bħala s-soluzzjoni, hekk kif il-pajjiż minn fejn ħarab l-imputat, jinsab fi stat ta’ gwerra. Għaldaqstant il-Maġistrat kkundanna lir-raġel għal sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar u multa ta’ €750.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar