Qorti
Jispiċċa l-Qorti wara li hedded u ffastidja mara

Raġel ta’ 40 sena, mir-Rabat, Għawdex deher quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini fuq akkużi li hedded u ta fastidju lil mara ta’ 22 sena.

Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel ikkaġuna biża’ li ser tintuża vjolenza fuqha u li heddidha bil-mobile, fost akkużi oħra.

L-imputat ġie akkużat ukoll li fit-30 ta’ Awwissu 2019, ġewwa ħanut fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex, seraq mobile phone għad-dannu tal-istess mara u kif ukoll ikkommetta attentat għall-pudur tagħha, fost oħrajn.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-Qorti ħarġet ukoll Ordni ta’ Protezzjoni favur il-mara ta’ 22 sena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Josef Gauci u Bernard C. Spiteri.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Qorti

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu. Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin…

Lokali

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta. L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan…

Aktar