Qorti
Jiskuża ruħu u jingħata l-libertà kundizzjonata wara li hedded lil Dr Metsola

Josef Farrugia talab apoloġija u qal li jiddispjaċih u ma kellu l-ebda intenzjoni li jweġġa’ lil xi ħadd jew li jinċita vjolenza kontra l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola meta fuq Facebook kiteb li jekk ma toqgħodx attenta tispiċċa bħal Daphne Caruana Galizia.

Waqt li ammetta l-akkużi kontrih, il-Magistrat Joe Mifsud qal li l-Qorti tifhem li kulħadd għandu d-dritt jesprimi ruħu iżda ħadd m’għandu jhedded u jinċita l-mibgħeda u l-vjolenza.

Huwa ta l-libertà kundizzjonata għal perjodu ta’ 3 snin lil Farrugia u ħareg ordni ta’ protezzjoni għal ħames snin favur Dr Metsola.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Aktar