Qorti
Jispiċċa l-Qorti wara li waddab ġebel u tadam lejn żewġ karozzi

Mod stramb kif jikseb l-affezzjoni ta’ mara li kiber magħha wassal raġel ta’ 30 sena mill-Isla l-Qorti akkużat li għamel ħsara lil żewġ karozzi wara li tefa’ ġebel u tadam lejhom.

Paul Roberts ċaħad l-akkużi iżda ammetta li kien hu l-persuna li dehret f’filmat ta’ kamera tas-sigurtà fuq bejt eżatt fuq it-triq fejn kien hemm il-karozzi.

Fil-Qorti ħareġ li Roberts kien ilu jaf lill-mara minn meta kienu tfal u l-mara għamlet divesri rapporti minħabba li kien ilu jiffittaha.

Il-Maġistrat Natasha Galea Scibberas wissiet lil Roberts biex iħalliha bi kwietha. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ elfejn ewro.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar