Kurżitajiet
Jispiċċa mkeċċi mill-uffiċċju wara infestazzjoni ta’ sriep

Il-President tal-Liberja u eks plejer tal-football Afrikan, George Weah spiċċa jaħdem mid-dar hekk kif l-uffiċċju tiegħu spiċċa b’infestazzjoni ta’ sriep.

Il-President flimkien ma’ ħaddiema oħrajn intalbu ma jersqux lejn il-ministeru tal-affarijiet barranin sakemm tinqered l-infestazzjoni.

Is-sriep li jgħixu fil-Liberja huma velenużi u għalhekk, l-uffiċċju tal-President iddeċieda li mhux se jilgħab man-nar.

Rapporti qalu li sriep suwed dehru ħierġin minn xaqq f’ħajt tal-binja.

Din hija t-tieni darba li l-binja ngħalqet għall-istess raġuni ta’ infestazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar