Kurżitajiet
Jispiċċaw arrestati – wieħed minnhom jiddeportawh

Mad-daqqa t’għajn taħsibhom Kim Jong-Un u Donald Trump iżda jekk tħares sew tinduna li mhumiex huma.

Howard X residenti f’Hong Kong u Russell White tista’ ssejħilhom fula maqsuma mal-mexxejja tal-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti.

Il-koppja ġew arrestati hekk kif iltaqgħu f’Hanoi, fil-Vjetnam bħallikieku kienu miftehmin għal żjara politika fejn qalu lill-ġurnalisti preżenti li kienu qed jiddiskutu kif se jimminaw in-nukleari tal-Korea ta’ Fuq.

Howard X spiċċa deportat lura f’pajjiżu wara li l-awtoritajiet Vjetnamiżi sabu li l-viża tiegħu mhix valida.

Howard X qal lill-midja li persuni bħalu u bħal Russel White li jużaw is-satira biex iwasslu messaġġ jitqiesu bħala theddida. Huwa jemmen li s-satira trid tintuża biex tgħeleb id-dittatorjat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Kurżitajiet

L-artist anonimu Banksy reġa’ għamel waħda minn tiegħu hekk kif din id-darba, stieden ruħu b’idejh għall-akbar wirja artistika fid-dinja. L-artist rama’ l-aħħar xogħol artistiku tiegħu fit-toroq ta’ Venezja u jidher…

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Barranin

Id-Deputat Prim Ministru Taljan u Ministru tal-Intern Matteo Salvini wera li għadu f’relazzjoni ma’ Francesca Verdini bi stessu li poġġa fuq is-siti soċjali fis-sigħat li għaddew. F’post li tella’ Salvini…

Aktar