
Minkejja li sseparaw, raġel baqa’ għajjur għall-ex mara tiegħu tant baqa’ jsegwi kull pass li kienet tagħmel biex jara min hu s-sieħeb il-ġdid tagħha.
Ir-raġel minn provinċja ta’ Cremona fl-Italja ma kienx aċċetta s-separazzjoni minn ma’ martu u baqa’ jsus warajha u ċemplilha l-ħin kollu biex jara x’qed tagħmel. Imdejqa bil-fastidju tal-ex raġel, hija rrappurtatu lill-Pulizija.
Minkejja dan huwa ma qatax qalbu u baqa’ jsegwiha, anke bil-karozza, sakemm darba minnhom saq warajha sakemm waslet f’parkeġġ ta’ ċentru kummerċjali li jinsab fil-periferija ta’ Cremona.
Hawn skopra l-iskappatura li kellha l-ex mara tiegħu. Kienet tiltaqa’ ma’ qassis minn villaġġ li jinsab fil-provinċja ta’ Piacenza. L-ex raġel tal-mara, li għandha 40 sena, għaraf il-karozza u meta fetaħ il-bieba sabhom jitbewsu.
Malli skopra ma’ min kellha relazzjoni l-ex mara, ir-raġel beda jgħajjat u jinsultahom, sakemm spiċċaw ġew fl-idejn. Wara li dam jissapporti l-insulti u d-daqqiet, is-saċerdot ta daqqa ta’ ponn lir-raġel u weġġgħu sew, tant li ċempel lin-numru tal-emerġenza 112 għall-għajnuna.
Kellhom ikunu l-pulizija li kkalmaw is-sitwazzjoni li żviluppat fil-parkeġġ bejn iż-żewġt irġiel. Meta mar l-isptar ta’ Cremona u ngħata kura, ir-raġel ingħata ġimgħa ċans biex ifieq mill-ġrieħi li ġarrab fil-ġlieda.
S’issa għadu ma rrappurtax il-każ lill-pulizija, iżda kkuntattja lid-djoċesi biex jittieħdu passi fil-konfront tal-qassis. Bi qbil mas-saċerdot, l-isqof bagħtu f’parroċċa oħra ‘l bogħod mill-villaġġ fejn kien qed iservi bħala qassis.
Lill-parruċċani qalulhom li l-qassis ma kienx se jibqa’ magħhom għax jinsab f’post ieħor sabiex jistrieħ u jirrifletti dwar il-futur tiegħu.
Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu. Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi…
L-awtoritajiet Kolombjani splodew binja ta’ tmien sulari f’Medellin, li fiha kien jgħix ħajja lussuża Pablo Escobar, magħruf bħala r-re tal-kokaina. Escobar kiseb fama bħala wieħed mill-ikbar traffikanti tal-kokaina mill-pajjiżi tal-Amerika…
Żewġ cruise liners jidher li għaddew wisq qrib ta’ xulxin meta kienu sorġuti fil-port ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina. Filmat li nġibed minn passiġier ta’ dgħajsa fl-istess port turi l-vapur MSC…
Ħaddiema Estonjani ħadmu flimkien biex salvaw kelb minn xmara ffriżata iżda ħadu qatgħa meta ntebħu x’għamlu b’idejhom. L-annimal sab ruħu f’diffikultà fi xmara ffrizata meta għadd ta’ ħaddiema qalbhom tajba…