Qorti
Jispiċċaw il-ħabs wara li provaw imorru l-Ġermanja

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja.

Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew ħajja ġdida. Il-każ seħħ meta Angel Ake ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Avorju u Kindega Bassahae Julia ta’ 31 sena ġew arrestati l-ajruport internazzjonali ta’ Malta ftit qabel ma qabdu titjira lejn Berlin. Huma nqabdu b’passaporti u dokumenti foloz.

Iż-żewġ nisa ammettew l-akkużi kontrihom bil-Qorti tibgħathom sitt xhur ħabs. Il-Prosekuzzjoni qalet li ż-żewġ nisa kellhom saqaf fuq rashom, u kieku stennew għall-passaport u permess ta’ residenza setgħu jitilqu minn Malta b’mod legali.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, b’xi mod jew ieħor jaffettwaw lil kull wieħed u waħda minnha. Għaldaqstant, matul proċess twil sakemm tgħaddi xi liġi ġdida, ir-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Unjoni…

Lokali

Miet jagħmel l-aktar ħaġa għal qalbu . . . jaħdem il-karrijiet tal-Karnival. Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, se jagħlaq sitt xhur mindu ħa xokk f’maħżen tal-Karnival li ħallieh tal-post….

Negozju

It-tarzna ta’ Bormla ser ikollha sidien ġodda hekk kif il-kumpanija Palumbo lesta li tbiegħ nofs l-ishma tagħha lil kumpanija MSC Cruises. Il-proċess għal dan it-trasferiment tal-ishma diġà beda tant li…

Aktar