Barranin
Jispiċċaw il-Qorti wara li ppużaw tal-attur George Clooney

Żewġt irġiel akkużati li ppużaw tal-attur Amerikan Geroge Clooney biex jippromwovu negozju tal-moda ġew arrestati fit-Tajlandja wara snin maħruba.

Iż-żewġt irġiel, Francesco Galdelli ta’ 58 sena u Vanja Goffi, ta’ 45 sena, kienu ilhom imfittxija sa mill-2013.

George Clooney fittixhom għad-danni u fl-2010 xehed kontrihom fil-Qorti Taljana. Huwa qal li użaw ismu biex iwettqu frodi. Iż-żewġ imputati ġew akkużati wkoll b’numru ta’ każijiet ta’ frodi oħra fl-Italja. Huma ħarbu minn pajjiżhom biex jevitaw l-arrest iżda sitt snin wara, iż-żewġt irġiel ġew arrestati wara operazzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet Taljani u Tajlandiżi.