Barranin
Jispiċċaw il-Qorti wara li rċevew $120,000 bi żball fil-kont bankarju

F’Pennyslvania, koppja ġiet akkużata b’serq wara li nefqet eluf ta’ dollari li ġew iddepożitati fil-kont bankarju tagħhom bi żball.

Robert u Tifanny irċevew mal-$120,000 bi żball u minflok ġibdu l-attenzjoni tal-bank huma ddeċidew li jonfquhom. Skont l-affidavit, il-koppja ammettiet li kienet taf li l-flus ma kinux tagħhom.  Qabel ma sar dan l-iżball fil-kont bankarju tagħhom huma kellhom $1,000.

Flimkien mal-akkuża ta’ serq huma ġew akkużati wkoll li laqgħu għandhom affarijiet misruqa. Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrrest wara li lbieraħ tressqu l-Qorti. Il-Qorti semgħet kif fl-aħħar ta’ Mejju huma rċevew il-flus fil-kont bankarju, liema flus suppost daħlu f’kont ta’ kumpanija tal-investimenti. L-iżball ġie innutat fl-20 ta’ Ġunju u l-flus ittieħdu mill-kont bankarju tal-koppja. Minkejja dan il-koppja laħqet nefqet $107,000 minnhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar