Qorti
Jisraq u jagħmel il-ħsara u jgħid li lanqas hu stess ma jaf għala għamel li għamel

Michael Spiteri ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq il-Qorti akkużat li seraq €60 u li għamel ħsara f’pompa tal-fjuwil, prorjetà ta’ Joseph Azzopardi, li ġiet stmata li tammonta għal €575, u li huwa riċediv.

Quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale huwa ammetta l-akkużi kontrih. Meta mistoqsi mill-Qorti jekk għandux problema ta’ droga u għaliex wettaq reat, Spiteri wieġeb li problema tad-droga m’għandux u li lanqas hu stess ma jaf għaliex għamel li għamel.

L-Ispettur Roderick Attard u l-avukat tal-għajnuna legali Noel Bartolo qablu li s-sentenza għandha sservi sabiex l-akkużat jifhem li għamel ħażin iżda fl-istess waqt għandu jingħata ċans sabiex jindirizza l-problemi li għandu.

Il-Qorti kkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn, ħarġet ordni ta’ trattament u ta’ probation għal tliet snin, u ordnatlu biex iħallas €575 lil Joseph Azzopardi fi żmien sitt xhur.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar