Saħħa
Jissaħħaħ is-servizz lill-vittmi tad-droga biex joħorġu mill-vizzju

Il-Caritas li fost servizzi oħra tispeċjalizza fil-programmi tar-rijabilitazzjoni mid-droga, se tibbenefika minn kważi erba’ miljun ewro fuq tliet snin biex twettaq ħidmietha b’mod iżjed effettiv u professjonali. Dan bis-saħħa ta’ ftehim iehor ta’ sħubija soċjali li ġie ffirmat fil-Kurja bejn il-Ministeru tal-Familja u l-Caritas.

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ffirma ftehim mal-Caritas, li permezz tiegħu għat-tliet snin li ġejjin ser tingħata għajnuna finanzjarja mill-programm għal programmi tagħha ma’ persuni maħkuma mill-abbuż tad-droga.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru Michael Falzon qal li dan għandu l-għan li jsaħħaħ is-servizzi tal-Caritas kemm dawk residenzjali u servizzi fil-komunità li l-Caritas twettaq bi programmi kontra l-abbuż tad-droga. Il-Ministru Falzon qal li dawn is-servizzi jridu jilħqu aktar nies, fosthom żgħażagħ.

Il-Ministru Falzon qal “irridu niftakru li qed nibnu ċentru ġdid flimkien bi ftehim mal-Caritas għar-rijabilitazzjoni tad-droga għal tfal li għadhom ma għalqux it-tmintax-il sena.”

Dr Falzon qal li l-Gvern alloka budget ta’ tnax-il miljun ewro għal ftehimiet ma’ għaqdiet li jaħdmu fil-qasam soċjali li ħafna minnhom huma entitajiet fi ħdan il-Knisja.

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt qal li kważi tliet miljun ewro se jkunu allokati għal servizzi residenzjali filwaqt li l-miljun u mitejn elf oħra se jkopri l-finanzjament tas-servizzi fil-komunità.

“Dawn se jmorru għall-4 ċentri fil-qasam tar-rijabilitazzjoni tad-droga, iċ-Ċentru tal-outreach tal-kapuċċini fejn hemmhekk jagħti l-ewwel għajnuna lil persuni li jersqu għax għandhom problema tad-droga jew lill-familjari tagħhom, iċ-ċentru tas-shelter tal-irġiel li huwa l-komunità terapewtika ta’ San Blas… li hija komunità residenzjali u l-programm residenzjali tan-nisa li huwa programm parallel ma’ dak tal-irġiel.”

Is-Sur Gatt qal li s-sena l-oħra l-Caritas għenet 700 persuna li għandhom xi għamla ta’ dipendenza fuq id-droga u 500 persuna oħra li huma qraba tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar