Barranin
Jissieltu mal-ħin biex jaħarbu mill-qilla tal-Uragan Florence

Fil-Lvant mal-kosta tal-Istati Uniti r-residenti qed jissieltu kontra l-ħin biex jitilqu ħalli jaħarbu mill-qilla tal-Uragan Florence li laqat ir-reġjun ilbieraħ filgħaxija.

Minkejja li l-maltempata tniżżlet minn kategorija 4 għal 3 b’riħ qawwi ta’ 120 mil fis-siegħa, l-awtoritajiet għadhom qed iwissu li qed tikkawża periklu kbir għaċ-ċittadini.

Kważi żewġ miljun ċittadin kienu ordnati jitilqu minn Carolina u Virginia. F’diversi żoni ttieħdu diversi miżuri biex ikun aktar faċli għar-residenti li jitilqu malajr kemm jista’ jkun. Numru ta’ stati ddikjaraw stat ta’ emerġenza minħabba l-uragan Florence.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Miljunarju Ġappuniż ta tifsira ġdida lil din l-espressjoni, għax it-triq li fetaħ twassal saħansitra sa fuq il-qamar. Yusaku Maezawa huwa l-bniedem li xtara l-biljetti…

Barranin

Iċ-Champion Ewropew tal-golf, Celia Barquín Arozamena, ġiet maqtula fl-Istati Uniti. Arozamena, Spanjola ta’ 22 sena, kienet qed tistudja f’Iowa State University, u keinet għadha kemm rebħet il-European Ladies’ Amateur championship…

Barranin

“Din hija bla dubju l-agħar ħaġa li qatt ġrat lill-familja tagħna.” Hekk qalet sidt ta’ razzett fl-Awstralja ma’ filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali, li juri ammonti kbar ta’ frawli…

Barranin

Fan Bingbing, attriċi Ċiniza li kisbet il-fama saħansitra anke fid-dinja ta’ Hollywood għebet mix-xena. L-ammiraturi ta’ Bingbing jinsabu inkwetati ferm bl-għibien tal-attriċi għaliex ilhom ma jisimgħu ħossha minn Lulju li…

Aktar