Barranin
Jissokkta l-ġlied bejn il-Pulizija Iżraeljana u l-Palestinjani f’Ġerusalemm

Komplew il-konfrontazzjonijiet bejn pulizija Iżraeljana u l-Palestinjani madwar il-moskea Al-Aqsa f’Ġerusalemm, b’aktar minn 500 persuna jindarbu.

Il-ġlied bejn iż-żewġ naħat ilu għaddej għall-aħħar jiem, wara t-tensjoni li żviluppat minħabba l-possibiltà ta’ ordni ta’ żgumbrament ta’ familji Palestinjani minn artijiet li qed jitqiesu li huma tal-Lhud.

Marċ li jsir kull sena bħal-lum b’tifkira nazzjonali tal-bandiera Iżraeljana kellu jiġi pospost minħabba l-biża’ ta’ iktar irvellijiet. Konfrontazzjonijiet oħra ġew irrappurtati fil-belt ta’ Haifa fit-tramuntana ta’ Iżrael.