Unjoni Ewropea
Jissoktaw it-taħditiet bil-għan li jintlaħaq qbil dwar l-ismijiet għall-karigi ewlenin tal-istituzzjonijiet Ewropej

Waqt li fi Strasburgu ġie inawgurat id-disa’ Parlament Ewropew mindu saru l-ewwel elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 40 sena ilu fi Brussell il-mexxejja Ewropej issoktaw bit-taħditiet bil-għan li jilħqu qbil dwar l-ismijiet għall-karigi ewlenin tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Fil-fatt, l-elezzjoni għall-President tal-Parlament Ewropew ġiet posposta għal għada sabiex il-gruppi politiċi jkollhom ċans jiddiskutu n-nomini tagħhom għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew skont dak li jkun qed jiġi deċiż fi Brussell. Madankollu, kif diġà stqarr il-President attwali tal-Parlament Antonio Tajani, jiġri x’jiġri fil-Kunsill fi Brussell, għada fid-disgħa ta’ filgħodu l-ewroparlamentari se jibdew jivvutaw fuq min se jmexxihom fil-ħames snin li ġejjin.

X’ġara llum fi Brussell? Wara sigħat twal ta’ konsultazzjonijiet, tpoġġew fuq il-mejda ħames ismijiet oħra. Ismijiet li jidher li għandhom kunsens akbar minn kull isem ieħor li tressaq s’issa.

Il-Ministru tad-Difiża Ġermaniża Ursula von der Leyen mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew qed tiġi proposta bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, minflok Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru tal-Belġju, il-Liberali Charles Michel qed jisemma għall-kariga ta’ President tal-Kunsill Ewropew. Josep Borrell, Spanjol Socjalista qed jissemma għal Rappreżentant Għoli dwar il-Politika Barranija. U l-Franċiża, Christine Lagarde bħala l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew qed jissemmew Sergei Stanishev, Bulgaru Soċjalista mil-Lvant tal-Unjoni Ewropea, li jaf ikun hemm il-possibilità li jaqsam it-terminu ma’ Manfred Weber, Ġermaniż mill-Grupp Popolari Ewropew.

Kruċjali l-pożizzjoni tal-Visegrad, l-istati membri tal-Lvant, li filwaqt li ma aċċettawx lil Frans Timmermans, issa qed jgħidu li huma favur l-Ġermaniża tal-Popolari Von der Leyen.

B’dan l-ismijiet kapaċi jkunu kuntenti kważi l-mexxejja kollha, kuntenti l-Franċiżi u l-Ġermaniżi, kuntenti l-Liberali għax jieħdu kariga importanti. Kuntenti wkoll is-Soċjalisti għax jieħdu l-parlament u kuntenti l-popolari għax iżommu l-Kummissjoni.

Madanakollu għalkemm b’dawn l-ismijiet jidher li jissodisfaw ħafna mill-kriterji ta’ billanċ bejn il-pajjiżi, il-gruppi politiċi u s-sessi, il-Parlament Ewropew iħoll u jorbot. Għax fil-Parlament hemm min qed jargumenta li mhux sew li l-pajjiżi tal-Visegrad jithallew jiddettaw huma min imexxi l-UE.

U għalhekk laqgħat li se jibdew minn hawn u ftit tal-ħin ieħor fi Strasburgu bejn il-gruppi politiċi differneti u bejn il-kapijiet tal-gruppi jistgħu jiddeterminaw jekk il-Kunsill Ewropew illejla jippreżentax formalment l-għażliet tiegħu.

Kemm fi Brussell kif ukoll fi Strasburgu, kollox għadu possibbli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Aktar