Jissoktaw it-tħejjijiet għall-MESC 2016 f’Dar il-Mediterran – Raquel bl-ewwel prova

Jissokataw it-tħejjijiet għall-Malta Eurovision Song Contest 2016. Illum l-20 parteċipant finalista qed ikomplu bil-provi tagħhom f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex il-Ġimgħa jikkompetu bejniethom għall-post fil-finali tas-Sibt li ġej. Ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa ta’ dan il-festival prestiġġjuż imtella’ mill-PBS ,se jkun qiegħed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jittella’ f’Mejju li ġej fil-kapitali Żvediża, Stokkolma.

Matul il-jum, tvm.com.mt se jkun qiegħed ixandar b’mod esklussiv waqtiet mill-provi tal-kantanti kollha li se jieħdu sehem f’dan il-festival. Silta minn kull prova ta’ kull parteċipant/a se jkunu qegħdin jixxandru fuq dan is-sit.

Il-kantanta Raquel kienet l-ewwel waħda li telgħet fuq il-palk mal-mużiċisti tagħha u interpretat il-kanzunetta tagħha ‘Flashing Lights’.