Lokali
Jissospendu s-servizz tal-fast ferry minħabba l-maltemp

Il-kumpaniji Gozo Fast Ferry u Virtu Ferries Gozo waqfu s-servizz tagħhom għal-lum minħabba l-maltemp.

F’kitba fuq Facebook, il-kumpanija Gozo Fast Ferry qalet li s-servizz tagħha se jkun sospiż anki fis-sigħat bikrin t’għada filgħodu. Qalet, li tħassru l-vjaġġi t’għada minn Għawdex għal Malta tas-05.45am, tas-06.45am u tat-07.45am. Tħassar ukoll, il-vjaġġ mill-Belt Valletta għal Għawdex tas-06.45am.