Sigurtà
FILMAT: Dawn qed jissugraw ħajjithom ukoll?

Jum wara t-traġedja tal-bieraħ f’Tas-Sliema li ħasdet il-ħajja ta’ ħaddiem żagħżugħ, persuni li kienu għaddejjin minn Santa Venera dalgħodu sabu din ix-xena ma’ wiċċhom.

Dawn iż-żewġ ħaddiema sebħu fuq il-bejt ta’ din il-binja biex jagħmlu xogħol ta’ kostruzzjoni, fejn dehru jkissru s-saqaf. Il-ħaddiema mhumiex lebsin ħwejjeġ ta’ sigurtà u m’huma marbuta bl-ebda mod.

Wara li TVM irċieva dan ir-ritratt tax-xogħol li kien għaddej, crew minn TVM mar fuq il-post fi Triq il-Kanun biex isegwi dirett din il-ħidma. Il-ħaddiema fil-fatt kienu għadhom qed jaħdmu bi ftit li xejn miżuri ta’ sigurtà.

Segwi l-filmat:

Aġġornat: Iktar tard l-OHSA għamlet spezzjoni f’dan is-sit u waqqfet ix-xogħlijiet.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Ħaddiem imut wara li waqa’ 7 sulari f’Tas-Sliema