Lokali
Jissuktaw in-negozjati bejn il-Gvern u l-MAM – ikompli t-taħdit il-Ġimgħa

Issuktaw illum wara nofsinhar il-laqgħat bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, wara li lbieraħ l-istess assoċjazzjoni ħabbret li bħala ġest ta’ rieda tajba, issospendiet l-avviż għal azzjonijiet industrijali li setgħu jsiru għada u l-Ġimgħa.

Sorsi qrib il-laqgħa tal-lum qalu li n-negozjati komplew b’taħditiet kostruttivi. Iż-żewġ naħat se jerġgħu jiltaqgħu jumejn oħra.

Il-kwistjoni hija dwar it-trasferiment tal-kuntratt tal-VGH lil Sterward Healthcare, bil-MAM kienet qalet li l-Gvern għandu jwaqqaf dan il-ftehim.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Direttur tal-Europol, Rob Wainwright, qal li l-aġenzija Ewropea li jmexxi għadha qed qed tinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fuq Twitter, Wainwright irrefera għal rapport tal-Malta Independent, fejn intqal li,…

Lokali

Il-baħħara tat-tanker li nkalja fil-Qawra qed iħossu li jinsabu fl-istess ilma bħal ma kien il-vapur li kienu fuqu ftit minuti qabel ma’ weħel mal-blat! Iħossu li tħallew għal riħhom u…

Lokali

Il-Karnival ġie fi tmiemu, f’sena b’edizzjoni straordinarja billi minħabba l-maltemp xi attivitajiet ġew posposti għal tmiem din il-ġimgħa. Wara nofsinhar ġie organizzat il-Gran Defile’ fil-Floriana, b’uħud mill-parteċipanti jissuġġerixxu li l-karnival…

Lokali

Bosta dilettanti tal-avjazzjoni llum waranofsinhar fittxew l-aħjar post biex isegwu u jieħdu r-ritratti tat-tluq minn Malta tal-Airbus A380 tal-linja tal-ajru Air France. L-ajruplan, l-akbar tal-passiġġieri fid-dinja u fil-familja tal-manifattura Airbus,…

Aktar