Qorti
Jissuspetta fuq martu wara li daħlet raġel id-dar biex jirranġa t-televiżjoni

Raġel ta’ 52 sena mill-Mosta kien akkużat li kiser l-ordni ta’ protezzjoni li ngħata mill-Qorti waqt il-proċedura ta’ separazzjoni fil-konfront ta’ martu. Il-każ seħħ hekk kif il-mara daħlet raġel ieħor fir-residenza matrimonjali biex jirranġa televiżjoni iżda dak il-ħin kien hemm it-tifel tagħhom u ċempel lil missieru li kellu suspett fuq infedeltà.

L-imputat li wieġeb mhux ħati kien akkużat ukoll li b’sewqan perikoluż, li segwa lir-raġel li mar għand martu li kien qed isuq mutur, biex jistaqsih x’kien qed jagħmel ġewwa d-dar fejn tgħix martu. Il-Maġistrat Clarke wara li ċaħdet it-talba kontra l-validità tal-arrest laqgħet it-talba tal-avukat difensur Joseph Calleja biex l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti imponiet fuq l-akkużat diversi kondizzjoni fosthom ordni ta’ protezzjoni kontra dawk kollha involuti fil-każ, garanzija personali ta’ €2,000  u depożitu ta’ €500.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-ħsara fil-parti ta’ fuq tat-telgħa tas-Saqqajja mhix żgħira, b’din l-arterja prinċipali tat-traffiku fir-Rabat jaf ikollha tibqa’ magħluqa għall-karozzi diversi ġimgħat. Għal Infrastructure Malta l-interventi li se jsiru mhumiex sempliċi xogħol…

Ekonomija u Finanzi

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman…

Annimali

It-talba għal programm nazzjonali ta’ neutering tal-massa għall-qtates u li jsir ukoll micro chipping obbligatorju/reġistrazzjoni ta’ klieb u ta’ qtates, kienu fost seba’ talbiet li ressaq il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali lill-Ministeru għall-Biedja,…

Kultura

Bir-raħal tal-Qrendi jżuruh aktar minn 200,000 turist fis-sena, minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur vara proġett pilota fil-Qrendi bħala parti minn…

Aktar