Ikel
Jista’ jogħla l-pastizz?

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa fejn intqal li kien hemm ftehim bejn numru ta’ produtturi tal-pastizzi li jgħollu l-prezz bi 33%.

Spjega li ftehim dwar prezzijiet hu projbit taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni u azzjonijiet bħal dawn jirriżultaw fi ksur ta’ dan l-att. Saħaq li l-produtturi jridu jistabbilixxu l-prezz lill-konsumatur indipendentament minn xulxin.

Temm jgħid li jekk jikkunsidra li kien hemm xi ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju jipproċedi kontra dawn l-intrapriżi skont il-liġi.

Sadanitant fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern lest li jista jieħu azzjoni kontra l-bejjiegħa tal-pastizzi u dan meta l-Gvern stess issa ilu jisraq lin-nies bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal aktar minn 3 snin. Qal li se jkun qed jieħu l-passi kollha neċessarji biex l-poplu ma jkomplix jinsteraq u lest li flimkien mal-konsumaturi jieħu dan l-każ l-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Lokali

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu dwar xorb tal-lumi tad-ditta Piacelli Citrilemon. Fi stqarrija ntqal li wara li saru iktar investigazzjonijiet, instab li l-imsemmi prodott fih sulfati li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta. Lemon…

Aktar