Kronaka
AĠĠORNAT: Jinstab priġunier mejjet f’ċella tal-ħabs, il-PN jirreaġixxi

Priġunier ta’ 39 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Ħabs.

Fi stqarrija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin intqal li l-priġunier instab mejjet għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija. Iċ-ċentru tal-aħbarijiet jinsab infurmat li l-priġunier li hu Malti kkommetta suwiċidju.

Hu kien qiegħed jistenna li jgħaddi proċeduri dwar akkużi ta’ attentat ta’ omiċidju u vjolenza domestika. Fl-imgħoddi hu skonta diversi sentenzi.

Il-mewt tal-priġunier qed tkun investigata mill-Pulizija u dwar il-każ infetħet inkjesta bil-maġistrat.  L-awtoritajiet tal-ħabs qalu li qed jagħmlu investigazzjoni interna.

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Sigurtà Nazzjonali Beppe Fenech Adami qal fi stqarrija li dal-każ huwa konferma li l-Gvern qed ifalli fir-riforma tal-ħabs, għax quddiemu persuna tilfet ħajjitha taħt għajnejn u f’idejn min suppost qiegħed jirriabilita lill-priġunieri.

Żied jgħid li għandha tintrefa’ r-responsabiltà politika u l-Ministru Michael Farrugia għandu jwieġeb għal dan il-falliment.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jkun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, huwa u sħabu kommessi li jaħdmu aktar qalb in-nies li mhux…

Partit Laburista

F’Mass rally il-Birgu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-għażla ta’ nhar is-Sibt li ġej mhix bejn l-aħmar u l-blu, imma dik bejn li tmur lura jew…

Passatemp

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li…

Aktar