Lokali
Jistennew kważi d-doppju tal-operaturi Ewropej biex jiġbru flushom lura

Imprendituri Maltin li jaħdmu fis-suq lokali bħala medja qed idumu d-doppju ta’ imprendituri Ewropej biex jitħallsu tas-servizzi jew prodotti li jkunu poġġew fis-suq. Dan ħareġ waqt il-kungress Ewropew li qed jitratta l-immaniġġjar tal-kreditu.

L-operaturi fis-suq kemm jekk huma importaturi kif ukoll jekk huma stess jaħdmu x-xogħol għas-suq lokali qed ikollhom jistennew kważi d-doppju tal-operaturi Ewropej biex jiġbru flushom għal prodotti li kienu poġġew fis-suq.

Dan intqal mill-President tal-Federazzjoni Ewropea tal-Assocazzjonijiet tal-Immaniġjar tal-Kreditu Josef Busuttil f’konferenza tal-federazzjoni li qed tiltaqa’ f’Malta.

Is-Sur Busuttil qal li mill-istħarriġ li sar is-sena l-oħra, l-imprendituri lokali qed ikollhom jistennew medja ta’ 82 ġurnata biex jigbru flushom waqt li l-medja Ewropea hija ta’ 45 ġurnata.

Il-President tal-FECMA, Josef Busuttil  qal ”jista’ jkun għax aħna żgħar u hawn ħafna kompetizzjoni. Hawn Malta saret litteralment jekk ma tbigħx on credit ma tbigħx.  Hemm fatturi jvarjaw.”

Is-Sur Busuttil fakkar fid-direttiva Ewropea dwar dan li tipprovdi li fis-settur privat, dawn il-pendenzi għal prodotti u servizz suppost iridu jitħallsu fi żmien xahrejn. Saħaq li l-imprendituri jkunu jafu ma’ min qed jaħdmu biex ma jingidmux.

Il-President FECMA Josef Busuttil qal ”nara kumpaniji anke kbar li m’għandhomx il-ħaddiema mħarrġa biżżejjed biex jimmaniġġjaw il-kreditu. Ma ninsewx li l-kreditu hu 40% tal-assi tal-kumpanija u dawn l-assi huma likwidi.”

Il-konferenza li ser tkompli għada ġiet indirizzata fost oħrajn mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Huwa tkellem dwar il-ħolqien ta’ industriji ġodda biex ikun hawn xogħol ta’ kwalità. Huwa qal li l-viżjoni tiegħu għal Malta fid-deċenju li ġej, hija li jsir investiment fis-servizzi pubbliċi, fl-edukazzjoni, u fl-infrastruttura waqt li l-iżvilupp ma jkunx ta’ dannu fuq l-ambjent kif qal li qed isir bħalissa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei, isiru wkoll lezzjonijiet maħsuba apposta għat-tfal li jkollhom bżonn kura fit-tul. B’koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-isptar u l-awtoritajiet edukattivi, ġew iddedikati riżorsi kemm ta’ għalliema kif…

Lokali

L-importanza tan-naħal għall-eko sistema u l-produzzjoni tal-ikel fid-dinja ġie rikonoxxut minn Nazzjonijiet Magħquda li ddikkjarat l-20 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji għan-Naħla. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta’…

Lokali

Il-maltemp ta’ dalgħodu ħarbat xi ftit il-festi fiż-Żurrieq iżda ma waqqafx l-entużjażmu taż-Żrieraq li jfakkru ż-żjara li l-Gran Mastru Hompesh kien għamel fosthom fl-1798. Ir-ragħad ikarwat u x-xita, li xi…

Aktar