Barranin
Jitbewsu waqt li Salvini kien qed jieħu stessu magħhom

Żewġ tfajliet li talbu lid-Deputat Prim Ministru Taljan, Matteo Salvini, biex jippoża għal ritratt magħhom, ma kinux sostenituri tiegħu bħal ma ħaseb.

Waqt attività politika f’Caltanissetta, Gaia Parisi u Matilde Rizzo talbu lil Salvini, li ma jappoġġjax drittijiet ugwali għal persuni LGBT, biex jieħdu stessu miegħu.

Waqt li Salvini kien mehdi jitbissem lejn il-kamera, iż-żewġ tfajliet dawru wiċċhom lejn xulxin u tbewsu. Gaia tellgħet ir-ritratt fuq il-midja soċjali u għamlet ‘tag’ lil Salvini bil-kliem “Sliem ħabib”.

It-tfajliet qalu lill-midja li l-messaġġ tagħhom kien wasal, u li riedu jagħmlu dan il-ġest bi protesta għall-fatt li Salvini appoġġja l-Kungress Dinji tal-Familji li sar f’Verona f’Marzu, u li mbotta politika kontra persuni LGBT u kontra l-femminiżmu.

View this post on Instagram

Ciao amico @matteosalviniofficial

A post shared by Gaia Parisi (@gaiaparr) on

Aħbarijiet Oħra
Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Aktar