Kurżitajiet
Jitfa’ riklam għaż-żwieġ biex jeħles ħafif

Raġel Niġerjan tefa’ riklam fuq facebook biex isib il-mara ta’ ħajtu biex fi żmien 7 ijiem jiżżewwiġha.

Chidimma Obodoechina Amedu min-Niġerja ta ċans 24 siegħa lin-nisa interessati jikkuntattjawh.

L-għażla tiegħu kienet bbażata fuq l-aktar mara li tikkwalifika għalih. Dan kien il-mod kif Chidimma ltaqa’ ma’ Sophy Ijeoma li bħalu hija Niġerjana iżda minn belt oħra li tinsab madwar 500 kilometru ‘l bogħod.

Chidimma qal li ma riedx aktar ħela ta’ ħin wara li sena qabel tħassrulu l-pjanijiet taż-żwieġ lejlet iċ-ċerimonja.

Sophy qalet għal bidu ma ħaditiex bis-serjetà iżda malli ratu qalet li ma setgħetx taqla’ għajnejha minn fuqu wara li ltaqgħet miegħu f’Enugu, jumejn biss wara li bdew jitkellmu fuq Facebook.

Sophy u Chidimma żżewġu wara ġimgħa bir-rit tradizzjonali ta’ Igbo u qed jittamaw li jerġgħu jiżżewġu bil-knisja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin, Kurżitajiet

Timmaġinak tgħix fl-iksaħ post fid-dinja?  Din ix-xitwa r-raħal Russu ta’ Oymyakon se jirreġistra temperatura rekord. Dan hekk kif it-termometru qed ikejjel l-iktar temperaturi kesħin li qatt ġew irreġistrati f’dan ir-raħal…

Kurżitajiet

Hemm min jgħid li l-midja soċjali tiffaċilitalu ħajtu u hemm min jgħid li sar skjav tagħha. L-aktar li tolqot huwa bla dubju liż-żgħażagħ li saħansitra jsibu ruħhom jiċċekkjaw il-midja soċjali…

Aktar