Kunsilli Lokali
Jitfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta b’musical

Ittieħdu diversi inizjattivi biex jitfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħareġ b’idea oriġinali, dik li jtella’ musical. Wara sitt xhur ta’ xogħol, il-musical “Naħal tal-Imħabba” ttella’ fi tmiem din il-ġimgħa u se jibqa’ rikordju ta’ ħafna kliem bid-djalett li qed jintilef.

Ambjentat fil-Mellieħa fejn Viktor, żagħżugħ Mellieħi ffissat fuq id-drone, imur iżur lil nanntu fid-dar residenzjali Madonna tal-Mellieħa.

Fid-dar, taħdem l-infermiera Fatima, refuġjata li trabbiet fil-lokalità u Viktor jinġibed lejha minkejja li hu għarus lil Sara.

L-Awtur Paul P. Borg spjega li “tixtieq l-imħabba tiegħu, però ma tridx li tweġġgħu. Sadanitant hu ma jridx iweġġa’ lanqas il-qalb ta’ dik it-tfajla Melliħija.”

Il-Kompożitur Philip Vella qal “xalata ta’ lirika li minnu kelli ċans nagħżel biex nibni l-mużika adattata għalih, u kien pjaċir kbir anzi għalija li nagħmluh dan.”

B’kompożizzjoni ta’ Philip Vella u kliem ta’ Paul P. Borg, għas-Sindku tal-Mellieħa John Buttigieg, il-musical se jkun wirt għall-ġenerazzjonijiet fil-ġejjieni.

Is-Sindku tal-Mellieħa, John Buttigieg qal “bis-saħħa ta’ dan il-musical, ħafna mill-kliem Malti speċjalment kliem bid-djalett Mellieħi, se jibqa’ rikordju.”

L-isem Mellieħa nibet mill-kliem melħ u għasel u għalhekk, il-musical jismu “Naħal tal-Imħabba”. In-naħal għandhom irwol importanti fil-produzzjoni u fost oħrajn huma responsabbli biex idakkru l-imħabba bejn Viktor u Fatima.

B’direzzjoni ta’ Giovann Attard, il-musical “Naħal tal-Imħabba” ġie ppreżentat fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar