Lokali
Jitfakkar it-30 sena anniversarju tal-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija.

It-tletin anniversarju tal-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali tfakkar b’avveniment fil-kwartieri ġenerali tal-IMO f’Londra fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Dr Muscat ġedded l-impenn tal-Gvern Malti għall-kollaborazzjoni fil-ħidma tal-istitut li jopera mill-kampus tal-Università, u aċċerta l-aħjar faċilitajiet u riżorsi fit-twettieq ta’ ħidmietu.

Bi tradizzjoni marittima antika u b’saħħitha, Malta bniet reputazzjoni fis-settur marittimu tant li llum għandha l-akbar reġistru marittimu fl-Ewropa u s-sitt l-akbar fid-dinja. Taħt il-kappa ta’ waħda mill-aġenziji ewlenin tan-Nazzjonijiet Magħquda: l-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, minn Malta jopera Ċentru ta’ Rispons f’każi ta’ emerġenza għal tniġġiż fil-Mediterran u l-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali.

F’għeluq it-30 sena tal-istitut li hu bbażat fl-Università ta’ Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie mistieden iżur il-kwartieri tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, f’Londra fejn indirizza l-plenarja b’rappreżentanti mill-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

Il-Prim Ministru qal “to commemorate IMLI’s 30th anniversary which I believe is a very important milestone in our efforts to create a just and equitable international maritime legal order which will promote the peaceful uses of the oceans and the efficient utilization of its resources.”

Dr Muscat qal li l-istitut taħt it-tmexxija tal-Professur David Attard żviluppa f’ċentru ta’ eċċellenza rikonoxxut internazzjonalment li minnu gradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist u hu għodda importanti fit-twettieq tal-missjoni tal-IMO.

“The hundreds of lawyers who have graduated at IMLI are trained to provide Governments with the national expertise to incorporate and implement IMO rules into their domestic legal system. It is noteworthy that IMLI graduates hail from 152 states. In my view, this widespread representation contributes greatly to the process of ensuring the universal and uniform application of IMO rules.”

Il-Prim Ministru semma’ l-kontribut li tagħti Malta b’parteċipazzjoni attiva f’ħidmet l-IMO u wera t-tama li fl-assemblea li jmiss Malta terġa’ tkun eletta sservi fil-kunsill tal-organizzazzjoni. Irrefera għall-isfidi li qal hemm fil-governanza tal-oċeani u wera l-fehma li din għandha tiġi trattata fl-ogħla livelli politiċi, bis-sehem tal-IMO li għandha esperjenza kbira fil-ħarsien tat-tbaħħir u l-ambjent marittimu. Dr Muscat identifika sfidi ġodda li joħorġu mill-opportunitajiet li teknoloġiji ġodda u l-intelliġenza artifiċjali jagħtu għal industrija tat-tbaħħir aktar sostenibbli.

Akkumpanjat mill-Ministru tat-Trasport, Ian Borg, il-Prim Ministru kellu taħdidiet mas-Segretarju Ġenerali tal-IMO, Kitack Lim.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar