Lokali
Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Festival Nazzjonali tal-logħob tal-art mekkanizzat

Il-kumpless tan-nar 15 t’Awwissu, Mosta huwa r-rebbieħ tat-tnax-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali ta’ logħob tan-nar tal-art mekkanizzat.

F’dan il- Festival kompettitiv ħadu sehem 13-il Kumplessi/Għaqdiet tan-Nar lokali li esebew l-ahjar zewg bicciet tan-Nar taghhom.

Il-Kategorija għall-aħjar mekkaniżmu, intrebħet mill-Kumpless tan-Nar San Ġużepp, Kirkop.  Il-Kategorija għall-aħjar prodotti użati, intrebħet mill-Kumpless tan-Nar 15 ta’ Awwissu, Mosta.  Il-Kategorija għall-oriġinalità fid-disinji u movimenti, intrebħet ukoll mill-Kumpless tan-Nar 15 ta’ Awwissu, Mosta.

Il-ġurija kienet magħmula minn tlitt pirotekniċi internazzjonali mill-Olanda, ir-Renju Unit u d-Danimarka ħrispettivament, filwaqt li ċ-Chairman kien is-Sur Michael Brockdorff.  Il-ġurija evalwat ix-xoghlijiet tan-nar waqt l-armar, waqt il-ħruq u anke permezz ta’ filmati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar