Kurżitajiet
Jitħabbru l-aktar ismijiet popolari tat-trabi għas-sena 2018

Jekk qed tistenna xi tarbija u għadek qed tgħarrex u taħseb x’tista’ ssemmiha, sit  dwar it-tqala u t-trobbija tat-tfal ħareġ lista ta’ ismijiet li aktarx se jkunu popolari matul is-sena d-dieħla.

Is-sit Babygaga analizza għadd ta’ ismijiet li ngħataw fl-aħħar snin u ra liema ismijiet baqgħu popolari u liema qed jingħataw il-ġenb.

Minkejja li ismijiet bħal Olivia u Harry kienu popolari din is-sena, dawn l-ismijiet għebu mil-lista tal-ismijiet popolari għas-sena li ġejja.

Fost l-aktar 40 isem popolari għat-trabi wieħed isib taħlita bejn dawk l-ismijiet tradizzjonali u dawk moderni.

Fost l-ismijiet li qed jissemmew għall-bniet wieħed isib: Emma, Charlotte, Sadie, Violet, Kennedy, Savannah, Penelope, Victoria, Ellie u Hazel.

Ismijiet oħra li jidher li se jkunu fuq fomm kulħadd huma: Natalie, Luna, Rylie, Aurora, Scarlett, Nora, Zoe, Amelia, Harper u Stella.

Fost l-ismijiet li qed iduru fuq l-internet u jissemew għas-subien wieħed isib: Jack, Oliver, Theodore, Dylan, Adam, Alexander Daniel, Christopher, Joseph, Jasper, Lucas u Isaac.

Ismijiet oħra li qed jingħadu li se jkunu popolari huma: Finn, Atticus, Reuban, Logan, Hunter u Kai.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Xjentisti Amerikani qalu li r-riċerka wriethom li l-missirijiet jistgħu jgħaddu l-kanċer fl-għanqud tal-bajd (ovarju) lil uliedhom bniet. Nisa, li għandhom sfond ta’ kanċer fil-familja huma aktar suxxetibbli għar-riskju tal-kanċer fis-sider…

Kurżitajiet

F’ġurnata bieżla għax-xogħol mhux faċli ssib xi ħaġa ta’ malajr għal taħt snienek meta tifjakka. Anki jekk tkun preparajt jew xtrajt ikla bnina, xorta waħda hemm ċans li jaqbdek il-ġuħ…

Kurżitajiet

Pjaneta ġdida barra s-sistema solari tagħna ġiet skoperta permezz tat-teleskopju spazjali Kepler tan-NASA. Din il-pjaneta ddur madwar l-istilla Kepler-90, li hija simili għax-xemx, u tinstab 2,545 ‘light years’ ‘il bogħod…

Kurżitajiet

Studju tan-National Oceanic and Atmospheric Administration sab li l-kimika tal-fwejjaħ tagħmel ħsara daqs id-dħaħen tal-karozzi. Prodotti ta’ kuljum bħad-deodorant, il-fwejjaħ u s-sapun jarmu komponenti organiċi volatili (VOCs) li jirreaġixxu mad-dawl…

Aktar