Jitħabbru l-finalisti tal-festival l-Għanja tal-Poplu

Tħabbru t-18-il-kanzunetta finalista tal-festival tal-Għanja tal-Poplu li se jsir xahrejn oħra fi Pjazza Teatru Rjal. Il-ġurija kienet komposta minn Adrian Mamo, David Azzopardi, Martina Caruana, Miriam Cassar, Noel D’Anastas u Vince Fabri.

Is-serata tas-semi-finali se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju fejn jintgħażlu l-aħjar 12-il kanzuneta, u s-Sibt 9 ta’ Lulju ssir is-serata finali fejn jitħabbru r-rebbieħa tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Spazju Kreattiv, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-PBS. L-orkestra tal-PBS se tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-Festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

Il-kanzunetti finalisti huma kif ġej:

Kanzunetta Awtur Kompożitur
Bħal Tifla Zghira Rita Pace Marco Debono
Ħabta u Sabta Andy Muscat Mark Scicluna
Ħallejt il-Passi Wrajk Paul Ellul Glen Vella
Ħanini Walter Micallef Walter Micallef
Id-Dieher Augusto Cardinali Augusto Cardinali
Il-Biża’ u Jien Rita Pace Pamela Bezzina
Is-Sinjur Emil Calleja Bayliss Mark Scicluna
Jien Biss Joe Julian Farrugia Dominic Cini
Ma Ninsiex Joe Julian Farrugia Augusto Cardinali
Mellisni Joe Chircop Mark Spiteri Lucas
Ngħidlek Joe Julian Farrugia Miriam Christine
Pupa tal-Plastik Paul Ellul Marco Debono
Ta’ Billejl Paul Ellul Mark Spiteri Lucas
Tama Shyli Jasmar Kapitlu Tlettax DJ Mac David Leguesse, Shyli
Taptipa fuq l-Ispallejn Emil Calleja Bayliss Pamela Bezzina
Waħdi Miegħek Ingrid Vella Kaya
Xagħar Twil Ingrid Vella Mark Laurence Zammit
X’Se Jsir? Corazon Mizzi Corazon Mizzi

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Aktar