COVID-19
Jitħabbru numru ta’ miżuri għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li minn għada se jiddaħħlu miżuri ġodda għall-attivitajiet tal-massa u postijiet fejn jinġabru ħafna nies.

F’konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata minn Dr Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, intqal li huwa importanti li tkompli tinżamm id-distanza soċjali dan hekk kif la l-COVID-19 għadu jdur fid-dinja, għadu wkoll f’pajjiżna.

Dr Fearne innota li kienu jafu li ladarba tinfetaħ l-ekonomija, il-ħajja soċjali u l-portijiet kien se jkun hemm każijiet ġodda. Għalhekk saħaq fuq l-importanza li jibqgħu jsiru t-testijiet u tinżamm id-distanza soċjali.

Il-Ministru Fearne ħabbar li minn għada kull avveniment li se jsir se jkollu limitazzjoni ta’ kemm jilqa’ nies. Dan hekk kif hu x’inhu l-kobor tal-post tal-avveniment wieħed jista’ jilqa’ persuna għal kull erba’ metri kwadri.

Miżura oħra hija li fil-post fejn isir l-avveniment ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni f’kuntatt ma’ xulxin u mhux maqtugħin minn grupp ieħor.

Dawk li jattendu l-avvenimenti jridu iħallu numru tat-telefon mal-organizzaturi biex jekk ikun hemm bżonn ta’ contact tracing, dan isir b’mod faċli.

L-organizzaturi se jkollhom aktar responsabbiltà li jaraw li dawn ir-regoli jiġu osservati. Postijiet li jistgħu jieħdu aktar minn mitt ruħ, iridu jkollhom ir-risk assessment li jgħaddi għand l-awtoritajiet konċernati biex jiddeċiedu huma jekk l-attività tistax issir jew le.

Intant, Dr Fearne qal li bi qbil mal-Kurja, mhux se joħorġu permessi għall-marċi tal-festa.

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Ministeru tas-Saħħa

Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne jindirizza konferenza tal-aħbarijiet

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 30. Juli 2020

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li l-każijiet fl-aħħar ġimgħat kienu sporadiċi, oħrajn li kienu kuntatt dirett ma’ xulxin, u immigranti li tpoġġew fi kwarantina malli daħlu f’Malta.

Qalet li kemm ilu li fetaħ l-ajruport, kien hemm biss erba’ każijiet mill-pajjiżi meqjusa bħala kurituri siguri, u ħamsa oħra minn pajjiżi oħra li mhumiex f’din il-lista. Spjegat li ħafna mill-każijiet riċenti huma nies ta’ età żgħira u li huma f’saħħithom.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Ġuvni Żvediż ta’ 19-il sena Barre Sakeriya Abdukadir weħel tlett xhur ħabs sospiżi għal sena wara li lbieraħ it-Tnejn għall-ħabta ta’ 8.30am kien tiela’ xurban fuq titjira fl-ajruport internazzjonali ta’…

Keith Schembri, li kien Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat jinsab arrestat. Mhux eskluż li miegħu qed jinżammu arrestati persuni oħra. Dan wara li lbieraħ il-Qorti Kriminali ordnat…

Aktar