Lokali
Jitħabbru s-16-il kanzunetta finalista għall-Eurovision 2018

Il-Public Broadcasting Services ħabbret is-16-il kanzunetta għall-fażi finali tal-Malta Eurovision Song Contest. Il-kanzunetti tħabbru waqt laqgħa għat-30 kantant u kantanta li kienu ntgħażlu għall-fażi preliminari.

Il-kanzunetti ntgħażlu wara 3 ijiem ta’ awdizzjonijiet quddiem 7 membri ta’ ġurija barranija li waslu għal dawn is-16-il kantant, kantanta jew kantanti finalisti.

Is-serata finali li matulha se tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa biex tirrappreżenta lill-Malta fil-festival tal-Eurovision fil-Portugal se ssir fi Frar li ġej.

Is-16-il kanzunetta finalista huma dawn:

1 Dai Laga Aidan
2 We Can Run Avenue Sky
3 Heart Of Gold Brooke Borg
4 Taboo Christabelle Borg
5 One Step At A Time Danica Muscat
6 Turn It Up Deborah C
7 Back to Life Eleanor Cassar
8 Supernovas Jasmine Abela
9 Love Renegade Lawrence Gray
10 Call 2morrow Matthew Anthony
11 Breaking Point Mikhail Attard and Cherylis Camilleri
12 Rocket Miriana Conte
13 Evolution Petra
14 Beyond Blue Horizons Rhiannon Micallef
15 Song For Dad Richard & Joe Micallef
16 First Time Tiziana Calleja

Il-finalisti se jidhru fi programm speċjali li se jixxandar illum fit-8.30pm TVM2.

 

Ara wkoll:

30 kanzunetta jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-Malta Eurovision Song Contest 2018

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna l-aggressività murija minn attivisti tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ ġurnalisti quddiem id-Dar Ċentrali ftit tal-jiem ilu. Fi stqarrija l-IGM qal li qatt mhuwa aċċettabbli li l-ġurnalisti jiġu…

Traffiku

Fl-2017 kien hemm medja ta’ 68 vettura kuljum li nħarġitilhom liċenzja biex jinstaqu fit-toroq Maltin, għal total ta’ aktar minn 370,000 vettura liċenzjata. Mir-rapport annwali dwar it-trasport f’Malta maħruġ mill-Uffiċċju…

Knisja Maltija

Oriġinarjament magħrufa bħala Casa della Madonna di Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof parti integrali mill-istorja reliġjuża u soċjali ta’ Malta. Fl-arkivju jinstabu bosta dokumenti fuq dak li seħħ f’Malta mis-seklu sittax ‘il…

Aktar