Barranin
Jitħalla jżur il-qabar ta’ qrabatu f’Bergamo wara xahrejn midfuna

Fiċ-ċimiterju ta’ Nembro, raħal li ftit ġimgħat ilu kien fl-epiċentru tal-pandemija fl-Italja, qabar wara l-ieħor hu mmarkat biss b’salib tal-injam. Imwaħħal miegħu, kartellun bl-isem, ritratt żgħir u d-dati tat-twelid u l-mewt tal-persuna midfuna… kollha f’Marzu u April 2020.

Fl-ewwel 21 jum ta’ Marzu, ir-rata ta’ imwiet f’dan ir-raħal fil-provinċja ta’ Bergamo żdiedet minn 16-il mewt kuljum kif kienet sa sena qabel, għal 116.

Mill-bidu tal-pandemija, f’Bergamo mietu 3,000 persuna. Tlieta minnhom kienu qraba ta’ Livio Giovanelli, li tilef żewġ zijiet u kuġin. “Dan ħalliena f’paniku totali għax kienet sitwazzjoni li seħħet wisq mgħaġġla u ma stajna nagħmlu xejn,” qal Livio Giovanelli.

Minkejja li għaddew kważi xahrejn mill-mewt ta’ qrabatu, Livio seta jmur ipoġġi l-fjuri fuq l-oqbra tagħhom il-ġimgħa l-oħra, wara li tneħħew xi restrizzjonijiet.

Mindu faqqa’ l-ewwel każ ta’ Coronavirus, l-isptarijiet ma setgħux ilaħqu mal-pazjenti u filmati tat-tkexkix tat-trakkijiet tal-armata jġorru l-mejta sar simbolu tal-pjaga li ħalliet il-pandemija.

Il-kap tat-taqsima tal-emerġenza tal-isptar Papa Giovanni, Roberto Cosentini, qal li għall-bidu ma setgħux ilaħqu mal-pazjenti, iżda maż-żmien adattaw għas-sitwazzjoni. “Il-problema li nara hi l-emozzjonijiet tagħna, għax aħna għajjenin. Allura nibża’ li mewġa oħra kbira tkun ħafna iktar iebsa għalina mill-ewwel waħda, f’dik li hija saħħa mentali.”

It-Taljani qed jaffaċjaw ukoll għawġ ekonomiku wara diversi ġimgħat bin-negozji magħluqa.

Is-Sindku ta’ Bergamo, Giorgio Gori, qal li jeħtieġ tingħata spinta biex jinbena kollox mill-ġdid kif sar wara t-tieni gwerra dinija. Stqarr li bħalma din il-provinċja kienet is-simbolu tal-pandemija, jeħtieġ tkun is-simbolu ta’ tama u qawmien mill-ġdid.

Dan kien rifless fil-kandidatura ta’ Bergamo ma’ Brescia biex tliet snin oħra jkollha t-titlu tal-belt Taljana tal-Kultura, bit-tama taż-żewġt ibliet fil-Lombardia tkun li din terġa tagħti spinta lill-komunità li għaddiet mill-aktar mumenti mudlama.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Aktar