Protezzjoni Ċivili
ARA: Jitħarrġu għal emerġenza f’wieħed mill-ikbar ħażniet tal-fjuwil f’Malta

F’impjant tal-MOBC fil-Marsa fejn hemm tankijiet tal-ħażna tal-fuel tal-bunkering tal-vapuri, kienu mistħajla diversi sitwazzjonijiet u xenarji ta’ emerġenza f’eżerċizzju ta’ simulazzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dan sar kemm għal ħaddiema tal-kumpanija kif ukoll għal pumpiera biex ikunu imħejjija sew f’każ ta’ inċident li jista’ jinqala f’post bħal dan li jista’ joħloq inċident maġġuri.

L-eżerċizzju ta’ simulazzjoni fl-impjant Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd fil-Marsa għal emerġenzi li jistgħu jinqalgħu, offra taħriġ prattiku u pjan preċiż ta’ x’għandu jsir kemm mill-impjegati tal-kumpanija, kif ukoll mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Emanuel Psaila, qal li l-impjant huwa wieħed mill-10 postijiet f’Malta li fihom hemm ħażna kbira ta’ fjuwil. Qal li skont direttiva tal-Unjoni Ewropea, f’dawn il-postijiet irid isir eżerċizzju ta’ simulazzjoni kull sentejn.

“Biex naraw li s-sistema tan-nar li hemm ġol-impjant tkun qed taħdem, kif ukoll aħna bħala protezzjoni ċivili, attrezzati tajjeb biex nilqgħu għal kull eventwalità li jista’ jiġri f’kull impjant,” qal is-Sur Psaila.

Bħala parti mill-eżerċizzju, malli skatta l-allarm, il-ħaddiema fl-impjant ħarġu ‘l barra, ħlief dawk imħarrġa biex jitfu n-nar, u ftit wara bdew jaslu l-pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-uffiċjal inkarigat minn din l-operazzjoni, Anthony Pisani, ried jassigura li n-nar ma jinfirix lejn it-tankijiet tal-fjuwil, u tiġi evakwata l-persuna li ntilfet minn sensiha.

“Wara li n-nies tagħna jidħlu u joħorġu lil dak il-bniedem minn hemmhekk, jerġgħu jidħlu biex jagħlqu l-valv, aħna nerġgħu nidħlu hemm ġew u nitfu n-nar kompletament b’vettura apposta li titfa’ l-foam,” spjega s-Sur Pisani.

Fl-eżerċizzju li ħa madwar sagħtejn, sar taħriġ għal diversi xenarji, u saret kordinazzjoni, fosthom ma’ timijiet mediċi kif ukoll ma’ entitajiet oħra biex jiġu evitati perikli li jistgħu jinħolqu f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

F’dan it-taħriġ ħadu sehem mal-40 rekluta mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għalihom kienet l-ewwel esperjenza f’sit bħal dan.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar