Lokali
Jitħassar il-Gran Finale tal-lejla – minflok se jsir il-Ħadd li ġej

Dalgħodu t-temp ibbnazza wara x-xita li niżlet fil-jiem li għaddew u sfrattat l-attivitajiet tal-Karnival.  Għaldaqstant l-attivitajiet skedati għal dalgħodu se jittellgħu fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta.

Bħalissa għaddejja l-parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal, fejn jittella’ programm varjat fuq il-palk bil-parteċipazzjoni ta’ Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.

Il-Gran Finale li jikkonsisti fl-isfilata finali bir-Re tal-Karnival, il-karrijiet u l-kumpaniji li tispiċċa fi Triq Sant’Anna l-Furjana tħassret minħabba li din ġiet posposta għall-Ħadd filgħaxija.

Dan wara d-deċiżjoni li ttieħdet mill-organizzaturi tal-Karnival li l-edizzjoni ta’ din is-sena tiġi estiża għas-Sibt u l-Ħadd li ġej, biex kif inhija l-prassi l-Karnival jintemm bil-kbir fi Triq Sant’Anna, il-Floriana.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar