COVID-19
Jitħassar ukoll il-kunċert tat-tenur Joseph Calleja

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti.

NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala mistieden speċjali kien se jkollu lill-kantant Taljan Zucchero flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, qalu li dawk li xtraw il-biljetti se jingħataw flushom lura u li qed jaħdmu biex joħroġu b’kunċett alternattiv kif il-kunċert isir xorta mit-tenur Malti u Zucchero.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar