Festi
AĠĠORNAT: Jitħassru l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta

Iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt tħassru fid-dawl tal-każ tal-Kappillan tal-istess parroċċa, Patri Deo Debono, li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra b’valur ta’ aktar minn €80,000.

Fi stqarrija, il-provinċja Agostinjana Maltija appellat lil kulħadd biex iħalli jissuktaw l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-proċeduri fil-qrati. Waqt li Patri Deo Debono jinsab fuq police bail u mistenni jitressaq il-Qorti l-ġimgħa d-dieħla, sorsi qrib il-Pulizija qalu li l-investigazzjoni qed tħares ukoll lejn il-mottiv għall-allegat serq u negozju ta’ patrimonju ekkleżjastiku.

Il-Ħamis filgħodu Triq ir-Repubblika fil-Belt kienet imżejna bil-pavaljuni. L-istess, il-qalba tal-parroċċa Agostinjana, li fi tmiem din il-ġimgħa tiċċelebra l-festa ta’ Santu Wistin.

Madanakollu l-ispirtu ċelebrattiv fost il-komunità Agostinjana kien nieqes. Mal-għodwa, il-kelma li l-festa ta’ barra kienet se titħassar ġriet fost il-parruċċani.

Ma’ Television Malta, il-Provinċjal tal-Agostinjani, Fr Leslie Gatt, spjega li mhux opportun li jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet esterni.

“Fiċ-ċirkostanzi ta’ dak li ħareġ ilbieraħ iltqajna u kkonsultajna flimkien diversi stakeholders, anke relatati mal-festa, u ħassejna li ma jkunx hemm l-ispirtu adattat li nibqgħu għaddejjin bil-festi esterni. Ser nagħmlu ċ-ċelebrazzjoniiet li jsiru fil-knisja, illejla u għada jsir it-Tridu u is-Sibt il-quddies filgħaxija.”

Id-deċiżjoni ssegwi l-aħbar li Patri Deo Debono, li kien il-Kappillan tal-parroċċa, mistenni jitressaq il-qorti fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla implikat b’serq u kummerċ illegali ta’ kwadri u xogħol ta’ patrimonju ekkleżjastiku mill-kunvent tal-istess ordni fil-Belt, u ta’ oġġetti minn monasteru tas-sorijiet.

L-Arċisqof ordna li Patri Deo Debono ma jibqax Kappillan, u waqqfu milli jqaddes fil-pubbliku. Minnufih l-ewwel sinjali ta’ sfrattu tal-festa. Marċ u programm mużikali li kellhom isiru l-Erbgħa filgħaxija minn banda mistiedna tħassru, meta l-banda kienet lesta biex tibda s-servizz. Sorsu qalu li fiċ-ċirkustanzi l-banda li kienet mistiedna għall-ewwel darba f’din il-festa talbet ħlas bil-quddiem, li ma ngħatax.

Il-parruċċani għażlu li jżommu fommhom sieket mal-mikrofonu ta’ TVM. Oħrajn esprimew dieqa għall-aħbar li Patri Deo tneħħa minn Kappillan. Dilettanti tal-festi kkummentaw li fl-aħħar ħames snin din il-festa kibret ħafna. Bħala baned biss, fil-ġimgħa tal-festa kienu mistiedna tnax-il banda barranija. Television Malta staqsa lill-Provinċjal dwar l-infiq tal-festa u rapporti li din il-parroċċa waqgħet lura f’xi ħlasijiet. Fr Leslie Gatt wieġeb li l-provinċja se tieħu l-passi tagħha fiż-żmien opportun.

“F’dan l-istadju hemm proċess li tagħmlu l-pulizija u ma jkunx opportun li nikkummenta aktar fuq dak li qed jingħad. Fl-istqarrija rrakkomandajna aktar li nirrispettaw il-proċess li għandu jgħaddi u ma naslux għal konklużjonijiet bla bżonn.”

Sadanittant, għaż-żmien li ġej, il-parroċċa ta’ Santu Wistin se titmexxa minn Patri Żaren Saliba bħala Aġent Kappillan.

Ara wkoll:

Kappillan fil-Belt se jitressaq il-Qorti implikat fis-serqa ta’ arti sagra b’valur ta’ €80,000

L-Arċisqof ineħħi lil Patri Deo Debono minn Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar