Ambjent
Jitħawlu aktar minn 2,200 siġra fil-park il-ġdid tal-familja f’Birżebbuġa

Medda art f’Birżebbuġa qed tinbidel f’park tal-familja. Dan il-park se jservi wkoll ta’ żona li tifred l-operat tal-Port Ħieles miż-żoni residenzjali ta’ Birżebbuġa. Fl-ewwel fażi tal-proġett, Infrastructure Malta ħawlet ‘il fuq minn 2,200 siġra.

Fl-ewwel fażi tal-park il-ġdid tal-familja f’Bengħajsa, f’Birżebbuġa, tħawlu aktar minn elfejn u mitejn siġra indiġena. Parti kbira minn dawn is-siġar tħawlu minn Infrastructure Malta.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li permezz ta’ dan il-park mmexxi minn Parks Malta, ‘il fuq minn 60,000 metru kwadru ta’ art se tingħata lill-pubbliku.

“Li minflok attività li kienet ippjanata għaxar snin ilu, jiġifieri li l-Port Ħieles ikompli jkabbar lejn din iż-żona, din l-art se tingħata lill-pubbliku Malti u Għawdxi fi tliet fażijiet differenti,” qalet il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli .

Fit-tieni fażi tal-proġett, il-Ministeru għat-Turiżmu se jara li l-park ikollu passaġġi u żoni miftuħa. It-tielet u l-aħħar fażi, mistennija tinbeda wara li jkun fetaħ il-park. Din tinkludi l-konservazzjoni ta’ bunker ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dal-park se jagħti pulmun ġdid għan-nofsinhar tal-pajjiż. Qal li dan huwa parti minn impenn usa ta’ Infrastructure Malta, li diġà ħawlet mat-tnax-il elf siġra oħra f’sena u nofs kemm ilha mwaqqfa.

“Entità li xogħlha hu li tagħeml il-proġetti. Xogħol infrastrutturali, it-toroq, il-flyovers, il-mini li għandna iżda wkoll li tikkumpensa b’mod ambjentali u b’mod tanġibbli,” qal il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg.

Infrastructure Malta se tieħu ħsieb dawn is-siġar sa mal-park jinfetaħ għall-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar