Barranin
Jitla’ għal 290 l-għadd tal-vittmi fl-attakki terroristiċi fis-Sri Lanka

L-għadd tal-vittmi tal-attakki terroristiċi f’Ħadd il-Għid fis-Sri Lanka tela’ għal 290. L-attakki saru permezz ta’ tmien splużjonijiet, tlieta minnhom fi knejjes Kattoliċi, waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-akbar festa tal-Insara.

Fil-mira tal-isplużjonijiet ukoll: lukandi ewlenin fil-kapitali ta’ Colombo. Minbarra l-290 persuna kkonfermati mejta, hemm mal- 500 midruba.

S’issa ħadd ma’ refa’ r-responsabbiltà għal dawn l-attakki, għalkemm qed jingħad li ġew arrestati 24 persuni b’rabta ma dawn l-isplużjonijiet.

Il-Gvern ta’ Sri Lanka qal li huwa maħsub li l-isplużjonijiet seħħew permezz ta’ persuni li splodew lilhom infushom. Diversi kapijiet ta’ stati minn madwar id-dinja kkundannaw l-attakki.

Ara wkoll:

Fi Sri Lanka jinqatlu 100 persuna fi splużjonijiet fi knejjes

7 persuni arrestati b’rabta mal-attakk fi Sri Lanka

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar