Barranin
Jitilgħu għal 85 il-mejta fil-bomba quddiem skola tal-bniet fl-Afganistan

Il-vittmi ta’ attakk bomba fuq skola sekondarja tal-bniet fl-Afganistan telgħu għal 85, filwaqt li dawk midruba jgħoddu 147. Ħafna mill-vittmi huma studenti.

L-attakk seħħ f’Kabul il-Ġimgħa, meta karozza bomba splodiet quddiem l-iskola waqt li l-istudenti kienu ħerġin mill-binja. Żewġ bombi oħra splodew ftit wara hekk kif l-istudenti kienu qed jiġru ‘l bogħod mill-iskola.

Iż-żona ta’ Dasht-e-Barchi hija popolata mix-Xiiti, ħafna minnhom mill-minortità etnika Hazara, li fil-passat kienu fil-mira tal-attakki tal-istat Iżlamiku.

S’issa ħadd ma refa’ responsabbiltà għall-attakk, u t-Talibani ċaħdu kienu warajh.

Iktar kmieni:

50 persuna jinqatlu fi splużjoni qrib skola f’Kabul